- Quddiesa u Adorazzjoni – Grupp Mt Tabor: Il-Grupp Kariżmatiku Mount Tabor qed jorganizza quddiesa u adorazzjoni nhar l-Erbgħa fis-7.15pm fuq il-Ġibjun, Ta’ Giorni. Kulħadd huwa mistieden, b’mod speċjali l-familji kollha li joqgħodu fl-inħawi.
- Ftuħ tas-Sena Kateketika: Nhar il-Ħamis fil-5.15pm se ssir l-ewwel laqgħa għat-tfal u l-ġenituri fil-Knisja Parrokkjali.
- Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser tkun is-Sibt li ġej fis-7.15pm (wara l-quddiesa tas-6.30pm) fl-Uffiċċju Parrokkjali. Jista’ jiġi ipprovdut childminding jekk iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex tavżawna minn qabel. It-tema li ser tiġi diskussa dan ix-xahar hija ‘Please, Sorry & Thankyou’.
- Nhar il-Ħadd:
– Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Fis-7.00pm, ser issir quddiesa ta’ radd il-ħajr għal dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar, flimkien mal-familjari tagħhom.
– Rużarju/Adorazzjoni: Fuq stedina tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet Maltin, fit-8.00pm ser niltaqgħu biex nitolbu flimkien it-talba tar-rużarju quddiem Ġesu’ Sagramentat, fil-Knisja Parrokkjali bi tħejjija għas-Sinodu Straordinarju dwar ‘L-isfidi pastorali tal-familja’ li ser isir f’Ruma f’Ottubru li ġej. Kulħadd mistieden sabiex ningħaqdu flimkien għal dan il-mument ta’ talb flimkien.