Settembru huwa x-xahar li jġib miegħu tmiem il-vaganzi. Tmiem ta’ tlett xhur li għal min użahom tajjeb ma kenux ħela ta’ħin. Kif ġara fl-aħħar snin, il-qasam tal-Mużew tas-subien ta’ San Ġiljan fl-ahhar tal-vaganzi jorganiżża Ġimgħa Sportiva jew aħjar kif ingi magħrufa Sportsweek 2014. Żgur li dawk kollha li jkunu komplew jattendu l-Mużew matul is-Sajf, ikunu qed jistennew din il-gimgħa bil-ħerqa. Ġimgħa li tfisser li ninsabu ġimgħa biss il-bogħod mill-bidu tas-sena kateketika. Żgur li din il-ġimgħa sportiva hija tmiem milll-aqwa għall-membri tal-Muzew, kemm bħala attivita sportiva ta’ tmiem is-Sajf kif ukoll bħala bidu għal sena ġdida ta’formazzjoni.
Grazzi kbira tmur għal William Camilleri, ghas-superjur, il-membri kollha tal-Mużew u dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom biex din il-ġimgħa tkun suċċess.