Nhar il-Ħamis 28 t’Awwissu 2014, waqt il-funzjoni tal-festa dedikata lill-għaqdiet tal-parroċċa, l-kappillan Fr Claude Portelli inawgura l-websajt il-ġdida tal-parroċċa San Ġiljan. Kien ilu jinħass il-bżonn li jkollna websajt tal-parroċċa u għalhekk fl-aħħar xahrejn saret ħidma kontinwa biex titlesta fil-ħin għall-funzjoni tal-għaqdiet.
Nilqgħukom fil-website tal-parroċċa www.stjuliansparish.org. Wara s-suċċess li kellu l-profile tal-parroċċa fuq facebook, inħass il-bzonn li jkollna l-website uffiċċjali tal-parroċċa. Huwa ta’pjaċir għalina li issa din il-ħolma saret realta’.
Ħarsa qasira lejn il-websajt, wieħed isib tagħrif dwar min aħna? L-istorja tal-parroċċa u l-qaddis patrun, messaġġ mill-kappillan, profil tas-saċerdoti tal-parroċċa, kappillani li kellna tul is-snin kif ukoll l-organizzazzjonijiet li għanda fi ħdan il-parroċċa.
Biex wieħed iżomm aġġornat ma dak li jkun ser isir, jista jidħol fl-avvizi tal-ġimgħa, kif ukoll fil-kalendarju parrokkjali li jiġi pubblikat kull sena.
Ħinijiet tal-quddies fil-knisja parrokkjali u fil-knejjes l-oħra tal-madwar ukoll jinsabu fil-websajt, bħalma wieħed jista jsib ukoll il-ħinijiet tal-katekizmu u tal-uffiċċju parrokjali. Issbu ukoll tagħrif ieħor dwar servizzi oħra offruti mill-parroċċa.
Il-kummissjonijiet kollha għandhom l-ispazju tagħhom fil-websajt, kif ukoll il-Book Centre b’informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ, u b’tagħrif dwar xi ktieb partikolari.
Il-ġenituri jistgħu japplikaw online biex jibgħatu l-uliedhom għall-katekizmu jew biex jagħtu s-servizz tagħhom bħala abbatini fil-parroċċa.
U la qegħdin fi zmien il-festa titulari, wieħed jistenna li jsib il-programm liturġiku tal-festa kif ukoll kopja tal-ktieb annwali ppubblikat mill-uffiċċju parrokjali.
Fl-aħħar izda mhux l-inqas, wieħed isib għad ta’ ritratti, clips li l-parroċċa tkun tellgħet fuq you tube, link għal-paġna tal-facebook tal-parroċċa – li issa ngħatat dehera ġdida u nitolbukom tagħfsu LIKE fuqha, kif ukoll ser nintroduċu live streaming biex dawk li ma jkunux jistġħu ġħal xi raguni jew oħra jattendu ġħal funzjonijiet fil-knisja jkunu jistġħu isegwu online.
Insomma, bdejna avventura ġdida li nixtiequ nkompluha magħkom. Il-websajt tibqa ħajja u attiva kemm tħalluha intom. Nistednukom tidħlu f’din is-site u tibdew taddulna informazzjoni u tagħrif ieħor dwar dak li torganizzaw. Aħna qed nipprovdulkom il-bazi, imma huwa intom li tiffurmaw din il-komunita’, komunita’ li qed inkomplu nilħquha permezz ta’ dan il-mezz ta’komunikazzjoni li tistgħu iżżommu din il-paġna ħajja.
Prosit ta’ bicca xoghol tajba hafna.