Matthew Pulis – Grazzi u Nawgurawlek

Settembru huwa ix-xahar fejn wara l-eqqel xahrejn tas-Sajf, kollox jerġa’ jibda’ jiġi f’postu.  Il-maġġoranza tal-ħaddiema jerġgħu lura għal fuq il-post tax-xogħol wara l-vaganzi, il-festi jibdew jonqsu u t-tfal jibdew jippreparaw għall-iskola.  L-istess ħaġa tapplika għal dawk is-seminaristi li temmew esperjenza ta’ ftit xhur f’xi waħda mill-parroċċi.

Hekk ġara fil-parroċċa tagħna. Settembru ġab miegħu tmiem l-esperjenza li kellu fostna is-seminarista Matthew Pulis.  Kull min jiffrekwenta l-parroċċa, matul dan is-sajf żgur li ra jew iltaqa’ ma Matthew, persuna twila b’kariżma mill-aqwa.

matthew2Matthew huwa mill-Iklin u ħa l-edukazzjoni tieghu fil-kulleġġ San Alwiġi.  Bħalissa qed jipprepara it-triq li għandha twasslu għas-saċerdozju.  Huwa gradwat fl-istuju tal-kompjuter u l-IT.  Fil-fatt kellu esperjenzi varji ma’ kumpaniji privati u ħa sehem f’numru ta’ konferenzi.

Matthew ta’ daqqa t’id f’diversi attivitajiet fil-parroċċa.  Ħa sehem attiv fil-liturġija, fil-festa, fit-tqarbin tal-morda, xogħol fil-knisja u anke fl-uffiċċju parrokjali.  Pero’ meta rifes it-tarġa tal-uffiċċju l-ewwel darba, il-kappillan Fr Claude mal-ewwel assenjalu biċċa xogħol li kellha tkun il-proġett ewlieni tiegħu dan is-sajf – flimkien mal-kummissjoni Liturġija kellu jiżviluppa websajt tal-parroċċa.  Matthew mill-ewwel beda’ din il-ħidma b’entużjażmu u wara l-ewwel laqgħa li kellna bħala tim żgħir imma ħabrieka, flimkien tajna bidu għal din il-ħolma li ġiet inawgurata mill-kappillan waqt il-funzjoni tal-għaqdiet fil-ġimgħa tal-festa ta’ San Ġiljan.

Ovvjament kull bidu fih it-tmiem, u wara l-festa wasslet ukoll l-aħħar ġurnata ta’ Matthew fostna.  Minn din il-paġna nirringrazzjaw lil Matthew ta’ dak kollu li għamel fostna.  Kienet esperjenza għalina wkoll li ltqajna u / jew ħdimna mieghu.  Minn qalbna nawgurawlu ghall-futur u nisperaw li nerġghu narawh fostna.

This slideshow requires JavaScript.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading