AVVIŻI 4 – 5 T’OTTUBRU 2014

  1. Festa ta’ S. Fawstina Kowalska: Nhar it-Tnejn 6 t’Ottubru, fis-6.00pm fil-Knisja Parrokkjali ikun hawn Adorazzjoni u fis-7.00pm quddiesa f’ġieħ S. Fawstina Kowalska organizzata mill-Appostolat tal-Ħniena Divina.

 

  1. Laqgħa – Griżma: Nhar it-Tlieta 7 t’Ottubru, fis-7.00pm fis-Sala tal-MUSEUM, ser issir laqgħa għall-ġenituri u l-parrini tat-tfal li ser jirċievu l-Griżma f’Ottubru li ġej.

 

  1. Festa tal-Madonna tar-Rużarju: Il-Ġimgħa 10 t’Ottubru, wara l-quddiesa tas-7.00pm toħroġ il-Purċissjoni aux flambeaux tal-Madonna tar-Rużarju.

 

  1. Magħmudija:  Nhar il-Ħadd 12 t’Ottubru, waqt il-quddiesa tas-7.00pm ikun iċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija ser issir nhar il-Ġimgħa 17 t’Ottubru fil-5.00pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II fejn ser tingħad it-talba tar-rużarju u wara ikun hemm te’ u tombla.

 

  1. DVDs tal-Ewwel Tqarbina:  Dawk il-persuni li ordnaw id-DVD tal-Ewwel Tqarbina jistgħu jiġbru l-kopja tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Bejgħ ta’ kejkijiet/affarijiet tal-ħelu: Ser isir bejgħ ta’ kejkijiet/affarijiet tal-ħelu fil-weekend tat-18 u d-19 t’Ottubru b’risq il-Parroċċa. Min jixtieq jagħti xi kejkijiet/affarijiet tal-ħelu biex jinbiegħu, għandu jġibhom l-Uffiċċju Parrokkjali bejn it-13 u s-17 t’Ottubru.

About the author

Ikkummenta