Fil-qasam tal-Mużew ta’ San Ġiljan, nhar il-Ħadd 28 ta’ Settembru 2014 saret iċ-ċerimonja magħrufa ‘Tal-Magħżulin’. Din iċ-ċerimonja simbolika u sabiħa tmexxiet mis-Superjur Matthew Vassallo fil-preżenza ta’ rappreżentanti oħra tas-soċjeta tal-Mużew. San Lawrenz Martri huwa il-patrun tal-magħżulin. Wara iċ-ċerimonja, dawk kollha preżenti kellhom l-opportunita’ li jduru l-Mużew u jaraw b’għajnejhom stess ix-xogħol kbir li sar matul is-Sajf. Barra minn hekk, kien hemm ukoll ħin biex kulħadd inġabar u ħa xi ħaġa tal-ikel flimkien.