- Laqgħat għall-ġenituri: Nhar it-Tlieta u l-Ħamis li ġej ser isiru żewġ laqgħat għall-ġenituri tat-tfal tal-katekiżmu skont il-ġranet tal-klassijiet tal-katekiżmu, fil-5.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. It-tema ser tkun l-Internet Safety.
- Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.15pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jista’ jiġi ipprovdut childminding jekk iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex tavżawna minn qabel. It-tema li ser tiġi diskussa dan ix-xahar hija ‘Żammejthielek fil-komma’.
- Festa ta’ Kristu Re:
- Nhar is-Sibt fl-4.30pm ser issir quddiesa għat-tfal, organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal fis-Santwarju Ġesu’ Ħniena Divina fin-Naxxar. Mons Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona ser imexxi l-quddiesa li ser tinkludi animazzjoni minn Kummissjonijiet Tfal minn diversi parroċċi. Inħeġġu lit-tfal u l-katekisti sabiex jattendu ghal din il-quddiesa, li fiha t-tfal ser isellmu u jirringrazzjaw lil Arċisqof Emeritu fi tmiem il-ħidma tiegħu.
- Nhar il-Ħadd, Festa ta’ Kristu Re ssir iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana b’quddiesa fil-5.30pm fil-Konkatidral ta’ San Gwann, il-Belt, bħala ringrazzjament fi tmiem l-Episkopat tal-Arċisqof
- Christmas Buffet Dinner – Attivita’ ta’ Fund Raising għall-Parroċċa: Il-Parroċċa qed torganizza Christmas Buffet Dinner nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru fit-8.30pm il-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mill-Book Centre.
- Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja: Il-Kurja tavża illi fil-ġimgħat li ġejjin se jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja mingħand dawk li għandhom ħuthom fi skola tal-Knisja, dawk li huma impjegati fi skola tal-Knisja u dawk li qegħdin fi skola tal-Knisja li ma tkomplix, u xi każijiet oħra. Applikanti oħra minn skejjel tal-Gvern u Indipendenti jkunu jistgħu japplikaw f’Jannar u Frar 2015. Informazzjoni dettaljata tista’ tinkiseb mill-istess skejjel tal-Knisja, minn fuq il-website tal-Kurja thechurchinmalta.org u klikkja fuq Church Schools Entry jew min-noticeboards tal-Parroċċa.