- L-ewwel Ġimgħa tax-xahar/Quddiesa għall-mejtin tagħna: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali, ikun hawn quddiesa għal dawk li mietu matul din is-sena fil-Parroċċa tagħna. Wara issir adorazzjoni.
- Assemblea Parrokkjali: Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru ser issir laqgħa fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II wara l-quddiesa tas-6.30pm fejn ser jingħata update dwar il-ħidma fil-Parroċċa u fejn ser jiġu diskussi xi punti meħuda mill-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium. Kullħadd huwa mħeġġeġ sabiex jattendi.