AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 29 – 30 ta’ Novembru 2014

  1. Adorazzjoni – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: Il-Ħadd 30 ta’ Novembru 2014 l-Ewwel Ħadd tal-Avvent, ser issir adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fit-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd mistieden għal dan il-ħin ta’ talb flimkien.

 

  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.

 

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm jkun hawn quddiesa u wara adorazzjoni.

 

  1. Christmas Buffet Dinner – Attivita’ ta’ Fund Raising: Il-Parroċċa qed torganizza Christmas Buffet Dinner nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru fit-8.30pm il-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mill-Book Centre sa nhar l-Erbgħa 3 ta’ Diċembru. Tħallux għall-aħħar għax il-postijiet huma limitati.

 

  1. Grupp Ħbiberija – Ikla għall-Milied: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi ser issir ikla għall-Milied nhar l-Erbgħa 10 ta’ Diċembru. Aktar dettalji jinsabu fin-noticeboard tal-Kummissjoni Djakonija. Kulmin jixtieq jibbukkja, għandu jagħmel dan sal-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru mal-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Irtir: Nhar is-Sibt 13 ta’ Diċembru (Festa Pubblika) ser norganizzaw nofstanhar irtir għall-Avventfl-Oratorju tal-MSSP, B’Kara mid-9.30am san-12.30pm. Se jmexxi l-irtir Fr Martin Cilia mssp. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali, speċjalment dawk li jixtiequ jibbukkjaw għall-ikel ukoll.

 

  1. Bejgħ ta’ Poinsetti u affarijiet tal-Milied: Il-weekend li ġej ser ikun hawn il-poinsetti għall-bejgħ. Il-Book Centre għandhom ukoll għall-bejgħ ornamenti, kotba għall-Milied u l-kartolini tal-Parroċċa, kif ukoll CD ġdid tas-Sorijiet Klarissi ta’ San Ġiljan.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Mal-ħarġa tax-xahar ta’ Diċembru se jitqassam b’rigal il-kalendarju tal-Parroċċa għas-sena 2015.

 

  1. Kummissjoni Djakonija: Infakkru  li fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija;  min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

About the author

Ikkummenta