AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 8 – 9 ta’ Novembru 2014

DSC_0099

 

  1. Assemblea Parrokkjali: Nhar il-Ġimgħa ser issir l-Assemblea Parrokkjali fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II wara l-quddiesa tas-6.30pm fejn ser jingħata update dwar il-ħidma fil-Parroċċa u fejn ser jiġu diskussi xi punti meħuda mill-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium. Kullħadd huwa mħeġġeġ sabiex jattendi.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fil-11.00am fejn isir talb speċjali għali

 

  1. Ġabra: Il-weekend li ġej ser issir ġabra għall-iskejjel tal-Knisja f’Malta biex ikunu jistgħu jkomplu jaqdu u jġibu ‘l quddiem il-missjoni tagħhom ta’ edukazzjoni ta’ eluf ta’ tfal u żgħażagħ.

 

  1. Festa ta’ Kristu Re: Nhar is-Sibt 22 ta’ Novembru fl-4.30pm ser issir quddiesa għat-tfal, organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal fis-Santwarju Ġesu’ Ħniena Divina fin-Naxxar. Mons Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona ser imexxi l-quddiesa li ser tinkludi animazzjoni minn Kummissjonijiet Tfal minn diversi parroċċi. Inħeġġu lit-tfal u l-katekisti sabiex jattendu ghal din il-quddiesa, li fiha t-tfal ser isellmu u jirringrazzjaw lil Arċisqof Emeritu fi tmiem il-ħidma tiegħu.

 

  1. Christmas Buffet Dinner – Attivita’ ta’ Fund Raising għall-Parroċċa: Il-Parroċċa qed torganizza Christmas Buffet Dinner nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru fit-8.30pm il-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mill-Book Centre.

About the author

Ikkummenta