Il-Konsagrazzjoni tal-Bażilka tal-Laterani

L-Ewwel Qari

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel

F’dak iż-żmien: L-anġlu reġa’ ġiebni ħdejn il-bieb tat-tempju; u ara, kien hemm

l-ilma ħiereġ minn taħt il-għatba tat-tempju lejn il-Lvant – għax it-tempju kien iħares

lejn il-Lvant. U l-ilma kien ħiereġ min-naħa tal-lemin tal-għatba tat-tempju, in-naħa

tan-Nofsinhar tal-altar.

Imbagħad ħariġni mill-bieb tat-Tramuntana u mexxieni mad-dwar, minn barra,

sal-bieb ta’ barra li jħares lejn il-Lvant; u l-ilma kien inixxi min-naħa tan-Nofsinhar.

U l-anġlu qalli: “Dan l-ilma ħiereġ lejn in-naħa tal-Lvant u nieżel lejn l-Għarabah;

u meta jasal fil-Baħar il-Mejjet b’dak l-ilma mielaħ, l-ilma jsir ilma ħelu. U jiġri li,

kull fejn tgħaddi dik ix-xmara, kull ħaġa ħajja li tiċċaqlaq tgħix; u jkun hemm kotra

kbira ta’ ħut, għax minn kull fejn jgħaddi dak l-ilma, l-ilma jitjieb u jkun hemm il-

ħajja minn kull fejn tgħaddi x-xmara.

Fuq iż-żewġt ixtut tax-xmara jikbru siġar ta’ kull ġens ta’ frott; il-weraq tagħhom

ma jidbielx, il-frott tagħhom ma jonqosx. Kull xahar jagħmlu frott ġdid, għax l-ilma

tagħhom ħiereġ mit-tempju; u l-frott tagħhom ikun ikel, u l-weraq duwa.”

 

Salm Responsorjali

Rl. Tifraħ il-belt ta’ Alla!

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina;

għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed,

jew jiġġarrfu l-muntanji f ’nofs il-baħar. Rl.

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla,

il-għamara qaddisa tal-Għoli.

F’nofsha hemm Alla, ma titħarrikx,

jgħinha Alla mat-tbexbix tal-għodwa. Rl.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna

fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb.

Ejjew, araw x’għamel Alla,

il-għaġeb li għamel fuq l-art. Rl.

 

It-Tieni Qari

Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin

 

Ħuti: Intom il-bini ta’ Alla. Skont il-grazzja li tani Alla, jien, bħal bennej għaqli,

qegħidt il-pedament. Ħaddieħor bena fuqu. Iżda wieħed għandu jara kif jibni fuqu.

Pedament ieħor ħadd ma jista’ jqiegħed ħlief dak li diġà tqiegħed, Ġesù Kristu. Jibni

x’jibni xi ħadd fuq dan il-pedament: deheb, fidda, ħaġar prezzjuż, injam, ħuxlief,

tiben, ix-xogħol ta’ kulħadd għad jidher; il-Jum għad jurih, għax bin-nar jinkixef,

u n-nar iġarrab x’jiswa x-xogħol ta’ kull wieħed. Ma tafux li intom tempju ta’ Alla,

u li l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom? Jekk xi ħadd jeqred it-tempju ta’ Alla, Alla

jeqred lilu. Għax qaddis hu t-tempju ta’ Alla, li hu intom.

 

Hallelujah. Hallelujah.

Għażilt u qaddist din id-dar, jgħid il-Mulej, biex ismi jkun fiha għal dejjem.

Hallelujah!

 

L-Evanġelju

 

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

 

F’dak iż-żmien: Kien qorob il-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-

Tempju sab min qiegħed ibigħ, ngħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-

flus. Għamel sawt mill-ħabel u keċċiehom ilkoll mit-Tempju, bin-ngħaġ u l-barrin

tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed. U lill-

bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: “Warrbu dawn minn hawn, dar Missieri tagħmluhiex

suq.” Id-dixxipli ftakru f ’dak li kien hemm miktub, “Il-ħeġġa għal darek kilitni.”

Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: “X’sinjal turina biex qiegħed tagħmel dan?”

Wieġeb Ġesù u qalilhom: “Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.”

Għalhekk il-Lhud qalulu: “Dan it-Tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int

sa ttellgħu fi tlitt ijiem?”

Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu. Meta mbagħad qam mill-imwiet,

id-dixxipli ftakru f ’dak li kien qal u emmnu fl-Iskrittura u fil-kliem li kien qal Ġesù.

About the author

Ikkummenta