Seminar Djakonija 25 t’Ottubru 2014

Tlett membri mill-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa ta’ San Ġiljan attendew għal-Seminar li sar fil-25 t’ Ottubru 2014 fis-Seminarju, Tal-Virtu, Rabat.

Dan kien organiżżat mill-Uffiċċju Djoċesan tal-Volontarjat bit-tema “Għall-Qadi tal-Bniedem: Il-Viżjoni tal-Papa Franġisku.”

Wara taħdita minn Fr. Joe Galea Curmi, il-parteċipanti nqassmu f’għaxar workshops u ddiskutew wieħed mis-suġġetti tas-Seminar.

Id-diversi suġġetti li ġew diskussi waqt is-seminar kienu:-

–   Għall-qadi tal-bniedem bl-azzjoni u bil-kelma.

–   Irridu nibnu komunita’ li tkun għall-qadi tal- bniedem ta’ kull reliġjon, razza, lewn, qagħda soċjali u orjentament.

–   Iċ-ċentralita’ tal-bniedem fis-servizzi tagħna.

–   Għall-qadi tal-bniedem li qiegħed fil-periferija jew mormi.

–   L’għażla preferenzjali tal-faqar.

–   Diversita’ u kollaborazjoni fil-ħidma tagħna.

–   Komunita’ u l-akkumpanjament għall-qadi tal- bniedem.

–   Sfidi u opportunitajiet fil-ħidma tagħna.

–   Attitudnijiet li jgħinu jew li jfixklu il-qadi tal-bniedem.

–   Sorsi ta’enerġija u mudelli ta’ispirazzjoniet.

Is-Seminar spiċċa b’messaġġ mill-Isqof Charles Scicluna.

L-Uffiċċju Djoċesan tal-Volontarjat ser jaħdem biex ilesti Codiċi ta’Etika biex titqassam mal-Parroċċi kollha.

About the author

Ikkummenta