AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 20 – 21 ta’ Diċembru 2014

  1. Purċissjoni tal-Milied: Nhar it-Tlieta fis-6.00pm ikun hawn il-purċissjoni tradizzjonali tal-Bambin li tibda’ mill-M.U.S.E.U.M.

 

  1. Lejlet il-Milied:
  • Quddies:
  • 6.30pm         Quddiesa tal-Vġili

11.00pm       Għanjiet tal-Milied

Priedka tat-tfal

Nofs il-Lejl :Quddiesa

Car Park: Il-Car Park tal-iskola primarja jkun miftuħ mill-10.30pm sa wara l-quddiesa ta’ nofsillejl.

 

  1. Jum il-Milied: Il-ħin tal-quddies jkun bħal tal-Ħadd.

 

  1. Festa tal-Familja Mqaddsa: Nhar il-Ħadd issir quddiesa speċjali fil-11.00am organiżżata mill-Grupp Żwieġ u Familji fejn isir it-tiġdid tal-wegħdiet taż-żwieġ. Kulħadd huwa mistieden b’mod speċjali dawk il-koppji li qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom dan ix-xahar.

 

  1. Uffiċċju Parrokkjali: F’dawn il-jiem ta’ Festi, l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.

 

  1. Awguri: Il-Kappillan u l-kleru jawguraw l-isbaħ xewqat għall-Milied ħieni lil kulħadd.

About the author

Ikkummenta