AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 6 – 7 ta’ Diċembru 2014

  1. Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni: Nhar it-Tnejn niċċelebraw il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni u l-ħin tal-quddies ikun bħal fost il-ġimgħa.  Ser issir ukoll quddiesa fit-8.30am fil-Kappella tal-Kunċizzjoni għal din l-okkażjoni. Dakinhar ser jiġi inawgurat l-artal il-ġdid fil-Kappella.

 

  1. Grupp Ħbiberija – Ikla għall-Milied: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi ser issir ikla għall-Milied nhar l-Erbgħa għall-membri tal-Grupp Ħbiberija. Aktar dettalji jinsabu fin-noticeboards. Kulmin jixtieq jibbukkja, għandu jagħmel dan mal-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Irtir: Nhar is-Sibt 13 ta’ Diċembru (Festa Pubblika) ser norganizzaw nofstanhar irtir għall-Avventfl-Oratorju tal-MSSP, B’Kara mid-9.30am san-12.30pm (u nispiċċaw b’ikla flimkien għal min jixtieq). Se jmexxi l-irtir Fr Martin Cilia mssp. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali, speċjalment dawk li jixtiequ jibbukkjaw għall-ikel ukoll.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali ikun iċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Kummissjoni Djakonija: Infakkru  li fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija, filwaqt illi fil-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni hemm qfief apposta; min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu pakkett żgħir jew Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

About the author

Ikkummenta