Infakkru li bħalissa, fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija, filwaqt illi fil-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni hemm qfief apposta; min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu pakkett żgħir jew Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.