It-Tlieta 23 ta’Diċembru 2014 fis-sitta nieqes kwart ta’ fil-għaxija, bdiet id-dimostrazzjoni bil-Bambin mill-qasam tal-Muzew ġewwa San Ġiljan. Din id-dimostrazzjoni kienet bdiet bl-ideja ta’ Dun Ġorg Preca. Il-membri tal-Mużew flimkien ma selezzjonijiet miż-żewġ baned tal-lokal animaw din id-dimostrazzjoni. Kollox intemm fil-knisja parrokkjali b’qari ta’poeżija u priedka minn tifla.