Il-Ħadd 28 ta’Diċembru 2014, il-Grupp Żwieg U Familja tal-parroċċa ta’ San Ġiljan, organiżża quddiesa għall-familji fl-okkażżjoni tal-festa tal-Familja Mqaddsa ta’Nażaret. Matul din il-quddiesa, il-koppji preżenti ġeddew il-wegħdiet taż-Zwieġ. Il-quddiesa tmexxiet mill-kappillan Fr Claude Portelli. Is-sur Carm Fenech flimkien mal-grupp żwieġ u familja ikkordinaw din l-okkażżjoni. Għal iżjed ritratti żur il-paġna “Parroċċa San Ġiljan” fuq facebook.







