AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 10 – 11 ta’ Jannar 2015

 

  1. Coffee Mornings b’risq il-Parroċċa:
  • Nhar it-Tlieta fid-9.45am ser isir Coffee Morning fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali;
  • Għaqda Nisa Ġiljaniżi: Nhar il-Ħamis ser isir Coffee Morning fid-9.45am il-Plaza Hotel tas-Sliema.

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija ser issir nhar il-Ġimgħa fil-5.00pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.

 

  1. Lectio Divina: Nhar il-Ġimgħa ser issir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxi minn Fr Stefan Attard fis-7.00pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Kulħadd huwa imħeġġeġ sabiex jattendi.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fil-11.00am fejn isir talb speċjali għali

 

  1. Book Centre: Minn dan il-weekend sat-18 ta’ Jannar, hemm skont ta’ 20% fuq il-bejgħ kollu fil-Book Centre.

 

  1. Festa Liturġika ta’ San Ġiljan: Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar ser issir quddiesa fil-Kappella ta’ San Ġiljan fl-Isla fis-7.00pm.  Ser ikun hemm trasport provdut għal min jixtieq u wara mmorru nieħdu xi ħaġa flimkien.  Min jixtieq jibbukkja għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 25 ta’ Jannar fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

 

  1. Applikazzjonijiet – Skola Primarja: L-iskola Primarja ta’ San Ġiljan qegħda tilqa applikazzjonijiet ta’  tfal li għalqu jew jagħlqu t-tlett snin matul din is-sena (2015). Il-karti ta’ registrazzjoni jistgħu jinġabru mill-iskola, bejn id-9.00am u nofisnhar kuljum fil-ġranet ta’ l-iskola.

 

About the author

Ikkummenta