AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 3 – 4 ta’ Jannar 2015

 

  1. Katekiżmu: Nhar it-Tlieta/il-Ħamis (skont il-klassijiet) jibda l-Katekiżmu wara l-vaganzi tal-Milied.
  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ

      3. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, Festa tal-Magħmudija tal-Mulej, waqt il-quddiesa           tal-11.00am jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 25 ta’ Jannar fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali.

 

About the author

Ikkummenta