Il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2015 – Quddiesa fil-kappella ta’ San Ġiljan ġewwa Senglea.
Fis-sitta ta’ fil-għaxija titlaq private għall-kappella ta’ San Ġiljan ġewwa l-Isla. Fis-7.00pm tibda Quddiesa f’din il-kappella li ser titmexxa mill-kappillan Fr Claude Portelli.
Wara l-Quddiesa ser nieħdu xi haġa tal-ikel flimkiem f’wieħed mir-restaurants max-xatt ġewwa Senglea.
It-Tnejn 26 ta’ Jannar 2015 – Lejlet il-Festa Liturġika ta’ San Ġiljan
08.40 Purċissjoni għat-tfal tal-Iskola Primarja bil-vara ta’ San Ġiljan mill-Iskola Primarja ta’ San Ġiljan għal Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata minn elementi bandistiċi fi ħdan is-Soċjeta` Banda Spinola. Wara ssir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi għall-istess tfal mill-Viċi Kappillan, Rev. Paul Mizzi. Din il-festa hija mtella’ mill-Iskola Primarja b’kollaborazzjoni mal-Parroċċa ta’ San Ġiljan, l-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi u l-Banda Spinola.
It-Tlieta 27 ta’ Jannar 2015 – Nhar il-Festa Liturġika ta’ San Ġiljan
18.30 Quddiesa tal-Festa fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan. Din ser tkun animata mis-St Juliams Choral Group.
19:30 – Hekk kif tintemm il-quddiesa tal-festa fil-Knisja Parrokkjali, jingħata bidu għall-marċ mill-Banda Spinola miz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan għal Triq Lapsi, Triq Sant’ Anġlu, Triq il-Karmnu, Triq il-Kbira fejn f’ Misraħ il-Qalb ta’ Ġesu jitqiegħed bukkett fjuri quddiem il-Monument ta’ San Ġiljan. Il-marċ jissokta mill-istess Misraħ għal Triq San Ġorġ, Triq Luigi Apap sal-Każin. Wara jsir gathering tal-festa ġewwa l-‘Big G’s Bar’ fi Triq Ross.
Nota:
Din is-sena il-banda San Ġiljan se ticcelebra l-Festa Liturgika billi b’ kollaborazzjoni mal-Malta Cultural Institute flimkien mal-kor ta’ Marie Therese Vassallo se jigi mtella kuncert ġewwa is-sala tal-lukanda Le Meridien. Dettalji ser jingħataw aktar il-quddiem.