Tiġi Ċelebrata l-Festa Liturġika ta’ San Ġiljan

Bħal kull sena, f’Jannar, il-parroċċa tagħna tiċċelebra l-festa liturġika ta’ San Ġiljan.  Il-jum propja tal-festa ta’ dan il-Qaddis hija is-27 ta’ Jannar.  Pero’ ovvjament, aħna niccelebraw il-festa ewlenija fis-sajf, propju fl-aħħar Ħadd t’Awwissu.

 

DSC_0013 (Copy)Minkejja li t-temp huwa dejjem riskju, f’Jannar ukoll isiru xi attivitajiet biex ifakkru lil dan il-Qaddis.  Din is-sena ma kenitx eċċezzjoni.

 

10940991_914909088521434_8533103547469498602_nIl-Ħamis, 22 ta’Jannar, l-istatwa nħarġet min-nicca.  Il-Ġimgħa, 23 ta’Jannar 2015, ġiet iċċelebrata quddiesa fil-kappella dedikata lil San Ġiljan ġewwa Senglea.  Mexxa din il-quddiesa Fr Claude Portelli – kappillan.  Ta’ min jgħid li l-attendenza għal din il-quddiesa kienet kbira.  Wara l-quddiesa, morna ġo restaurant viċin li kien ippakkjat bil-Ġiljaniżi.

 

10957333_899853263378637_6488144513808429635_nIt-Tnejn, 26 ta’Jannar, fil-għodu ġiet organiżżata purċissjoni bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Ġiljan għat tfal tal-iskola primarja ta’ San Ġiljan.  Wara ġiet ċelebrata quddiesa fil-knisja ta’ Lapsi.  Il-quddiesa tmexxiet minn Fr Paul Mizzi – Viċi Kappillan.  (Ritratt meħud minn: Leħen il-Ġiljaniżi facebook)

 

DSC_0085 (Copy)It-Tlieta, 27 ta’ Jannar 2015 – Jum il-festa.  Fis-sitta nieqes kwart ta’ fil-għaxija, il-qniepen tal-knisja parrokkjali bdew ifakkruna li fis-sitta u nofs kellha tibda l-quddiesa tal-festa.  Din tmexxiet mill-kappillan Fr Claude Portelli li kien mgħejjun mill-viċi, Fr Paul.  Il-quddiesa kienet animata mis-St Julians Choral Group taħt it-tmexxija ta’ Pio Dalli.

 

DSC_0112 (Copy)Wara l-quddiesa beda marċ minn ħdejn il-bieb tal-knisja parrokkjali mis-soċjeta’ Banda Spinola mmexxija mis-surmast Aldo Minuti.

 

Hija ħasra li minkejja l-isforz mill-ftit biex jiġu organiżżati dawn l-attivitajiet, il-konkorrenza tal-Ġiljaniżi kienet fqira.  L-attendenza għal-quddiesa tal-festa li saret fil-knisja parrokkjali kienet fqira ħafna.  Tgħid fejn kienu dawk li f’Awwissu jgħajjtu Viva Ġiljanu, li jkun jaqbżu mal-marċi, li jiġu jaraw lil-San Ġiljan ħiereġ min-nicca u jċapcu kemm jifilhu !  L-għajta ta’ ‘Viva Ġiljanu’ għandha tkun is-sena kollha billi nimitaw l-eżempji li ħallilna dan il-Qaddis !!

 

 

 

This slideshow requires JavaScript.

About the author

Ikkummenta