AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 21 – 22 ta’ Frar 2015

  1. Adorazzjoni – L-Ewwel Ħadd tar-Randan: Illum fis-7.30pm, fil-Knisja Parrokkjali, ser issir Adorazzjoni u rużarju quddiem Ġesu’ Sagramentat, animata minn Andrew Cauchi. Kulħadd mistieden jattendi.

 

  1. Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-00pm issir Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am tkun animata mit-tfal.

 

  1. Quddiesa bl-Ingliż: Nhar il-Ħadd, u kull l-ewwel Ħadd tax-xahar, il-quddiesa tal-12.15pm ser tkun bl-Ingliż.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.15pm (wara l-quddiesa tas-6.30pm) fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jista’ jiġi ipprovdut childminding jekk iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex tavżawna minn qabel. It-tema li ser tiġi diskussa dan ix-xahar hija ‘Min jiġi l-ewwel għalik – il-mara/ir-raġel jew it-tfal?’

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-family visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu fi Triq B’Kara u Sqaq is-Siġra. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Attivitajiet oħra:

 

  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-M.U.S.E.U.M, fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Buffet Dinner: Ser jiġi organizzat buffet dinner bħala fundraising ghall-Parroċċa, nhar is-Sibt fit-8.00pm, il-Plaza Hotel tas-Sliema. Ser ikun hemm ukoll trasport ipprovdut minn Pjazza Spinola u minn Ta’ Ġiorni. Bookings mal-Book Centre jew mal-Uffiċċju Parrokkjali.

About the author

Ikkummenta