Jirritorna is-Seminarista Matthew Pulis !

Dawk kollha li jattendu l-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan, żgur li jiftakru lis-seminarista Matthew Pulis li qatta’ is-sajf tal-2014 fostna.  Matul dan il-weekend, 7-8 ta’ Frar 2015, Matthew reġa ha sehem fil-quddies kollu tal-weekend.  Imma din id-darba il-missjoni tiegħu kienet differenti.

Bħal kull sena, matul dan iż-żmien issir il-ġabra għas-seminarju.  Is-seminarju jibgħat seminarist fil-parroċċa biex huwa jagħti ħsieb żgħir f’kull quddiesa u jiltaqa’ wkoll man-nies.  U Matthew reġa ġie fostna għal dan il-għan.  Il-kuntatt li kellu Matthew għadu ħaj u dan deher minn dawk in-nies li waqqfu jkellmuh.  Minn din il-paġna nirringrazzjaw lil Matthew u nibqgħu nitolbu għalih u għal sħabu s-seminaristi.

 

 

About the author

Ikkummenta