KORS TA’ KANA ‘TĦEJJIJA GĦAŻ- ŻWIEĠ’ FIL- PARROĊĊA – GRUPP LINGWA MALTIJA

 

Fil- parroċċa tagħna bejn Ottubru u Diċembru 2014 isiru żewġ korsijiet ta’ Kana bi tħejjija għaż – żwieġ nisrani – wieħed bil- Malti u ieħor bl- Ingliż.  Hawnhekk se nagħtu ftit informazzjoni fuq il- kors li sar bil- Malti.

Kana Course (Copy)Il- kors beda fil- 05 t’ Ottubru u spiċċa fis- 07 ta’ Diċembru – kien isir dejjem kull nhar ta’ Ħadd filgħodu bejn 10.30am u 1pm.  Attendew għal dan il- kors 21 koppja għarajjes li tqassmu f’ 4 gruppi b’ koppja miżżewġa, msejjħa koppa mexxejja li tkun imħarrġa sabiex tmexxi l- grupp.  Din is- sena il- koppji mexxejja kienu Ġorg u Catherine Saliba, Joe u Michelle Meli, Mario u Doreen Xuereb u Carm u Michelle Fenech, li kienu wkoll il- koppja koordinatriċi tal- kors.  Il- kors kien jestendi fuq 10 laqgħat dejjem b’ suġġett differenti u rilevanti għal ħajja miżżewġa.

Kana Course (5) (Copy)Fost is- suġġetti li ddiskutejna kien hemm kommunikazzjoni effettiva, kif tħares lejn konflitt, kif timpenja ruħek bħala miżżewweġ(a), sesswalita u l- ippjanar ta’ familja, finanżi, x’ inhu s- sagrament taż- żwieġ, u proċeduri u dokumenti meħtieġa għal żwieġ nisrani.  Il- kors fl- aħħar laqgħa imbagħad spiċċa bil- qrar u quddiesa li ġiet iċċelebrata minn Fr Claude.  Wara kien hemm bibita tal- aħħar fis- sala Ġwanni Pawlu II bejn l- għarajjes kollha u l- koppji mexxejja.

Kana Course (4) (Copy)Il- koppji li attendew ġew minn diversi lokalitajiet ta’ Malta – kellna għarajjes mhux biss minn San Ġiljan iżda anke minn Balzan, Ta’ Xbiex, San Ġwann, Mosta, Mtarfa, Kalkara, Qormi, Buġibba etc.  Għall- ewwel l- għarajjes jiġu ftit fuq qalbhom għax jaħsbu li se jkollhom joqgħodu jisimgħu xi priedka monotona fuq iż- żwieġ.  Iżda wara l- ewwel sessjoni malajr jibdlu fehmthom għax jaraw li s- suġġetti huma interessanti u utli ferm għalihom.   Barra minn hekk huma jiġu mħeġġa jintervenu u jagħtu l- kummenti tagħhom. Għarusa minnhom qaltli “ jien kont qed ngħid kif se jgħaddu dawn is- sagħtejn u nofs iżda lanqas rajthom għaddejin!” Ieħor qalilna “Ħadt gost li ġejt u lanqas naf kif għaddew dawn l- 10 ġimgħat!”  Ikun hemm ħafna kummenti positivi li juru li l- kors ħalla impressjoni tajba fuq dawn l- għarajjes.

Kana Course (7) (Copy)Ta’ min jgħid iżda li din is- sena l- parroċċa kellha problema fejn se tagħmel dan il- kors.  Dan peress li l- parroċċa ma għandiex faċilitajiet ta’ kmamar biżżejjed biex tospita 4 gruppi u għalhekk dawn l- aħħar snin il- laqgħat kienu jsiru fil- Magister Academy li hi skola privata tal- Ingliż.  Iżda minħabba xi xogholijiet li jridu jsiru f’ din l- iskola, din is – sena ma kienx possibli li jsir hemmhekk.  Għalhekk wara ħafna qtigh il- qalb l- Agostinjani tawna permess nużaw il- kunvent ta’ Santa Rita f’ Baystreet – hawn nixtieq nirringrazzja lil Fr Joe Farrugia OSA tal- kooperazzjoni sħiħa tiegħu.

DSC_0157 (Copy)Dan il- fatt juri kemm il- parroċċa għandha bżonn il- faċilitajiet tagħha li huma ferm nieqsa.  Juri wkoll kemm il- parroċċani ta’ San Ġiljan għandhom jagħtu s- sapport tagħhom lil kappillan Fr Claude sabiex il- pjanijiet tiegħu biex xi darba jkollna dawn il- faċilitajiet iseħħu.

DSC_0136 (Copy)Fl- aħħarnett nixtieq nirringrazzja lil sħabi koppji mexxejja tal- impenn tagħhom matul dawn il- ġimgħat, lil kappillan Fr Claude li dejjem jagħtina s- sapport tiegħu, u lis- sinjuri Pat St John u Rose Garcia li kienu jippreparaw il- kafe u t- te għal waqt il- break.

Nisperaw f’ Alla li dak li żrajna f’ dawn il- ġimgħat jħalli l- frott mixtieq ħalli jkollna żwieġijiet aktar b’ saħħithom u għal dejjem.

 

Carm u Michelle Fenech

Koppja Koordinatriċi Kors ta’ Kana

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading