In-Nunzju Appostoliku ta’ Malta, Mons.Aldo Cavalli mistenni jtemm il-ħidma tiegħu f’Malta fil-jiem li ġejjin.
L-Arċisqof Charles J.Scicluna ħabbar dan fi tmiem il-Quddiesa Pontifikali li matulha ingħata l-pussess tad-Djoċesi ta’ Malta. L-Arċisqof irringrazzja lil Mons. Cavalli għall-ħidma tiegħu.
Il-Papa Franġisku kien ħatar lil Mons. Cavalli fi Frar ta’ sentejn ilu u wasal Malta f’April ta’ wara.
Mons. Cavalli mistenni jkompli bil-ħidma tiegħu f’pajjiżi oħrajn.
In-Nunzju Appostoliku jirrappreżenta l-Papa u s-Santa Sede kemm mal-knejjes lokali ta’ Malta u t’Għawdex, kif ukoll mal-Awtoritajiet Ċivili. Huwa jkun ukoll id-Dekan tal-Korp Diplomatiku akkreditat għar-Repubblika ta’ Malta.
Żgur niftakru lejlet il-festa ta’ San Ġiljan, meta n-Nunzju mexxa il-funzjoni fil-knisja parrokkjali tagħna.