AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 28 – 29 ta’ Marzu 2015

1. Via Sagra: Nhar it-Tnejn ser issir Via Sagra fl-inħawi ta’ The Gardens. Nibdew fis-7.30pm mill-Knisja Parrokkjali u ngħaddu minn Triq Forrest, Triq Mensija, Triq iż-Żebbuġ,Triq l-Oleandru, Fuq il-Ġonna u tispiċċa fi Triq Ivo Muscat Azzopardi.

2. Kunċert Amadeus Chamber Choir: Nhar it-Tlieta fis-7.00pm ser isir kunċert tal-ġimgħa mqaddsa fil-Knisja ta’ Lapsi mill-Amadeus Chamber Choir.

3.Via Sagra Nazzjonali: Nhar l-Erbgħa ser issir Via Sagra Nazzjonali fis-7.30pm immexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Il-Via Sagra tibda mill-Isla, tgħaddi max-xatt ta’ Bormla sal-Birgu bl-istatwa ta’ Ġesu’ Redentur.  Il-Parroċċa qed torganizza t-trasport minn Pjazza Spinola. Bookings mal-Uffiċċju Parrokkjali.

4. Ħamis ix-Xirka:         –     Filgħodu ma jsirx quddies;

  • Ikun hemm quddiesa fid-9.15am fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann immexxija minn Mons. Arċisqof;
  • Fil-5.30pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi u fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;
  • Fis-7.00pm issir quddiesa u ħasil tar-riġlejn;

–     Ħin għal-Viżti;

–     Mill-11.00pm sa nofsillejl, issir adorazzjoni.

5. Il-Ġimgħa l-Kbira: –      Il-Knisja tiftaħ mis-7.30am sa’ nofsinhar għal viżti;

–      Fit-3.00pm issir il-funzjoni bil-Qari tal-Passjoni, Adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin.

6. Sibt il-Għid:              –     Filgħodu ma jsirx quddies;

–     Fit-8.00pm tibda iċ-Ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid (il-Parking Area tal-iskola primarja ikun miftuħ).

7. L-Għid il-Kbir: Wara l-quddiesa tad-9.30am jitbierku u jitqassmu l-figolli lit-tfal.

8. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali.

9. Ħin tas-Sajf: Minn għada l-Ħadd jinbidel il-ħin għal dak tas-Sajf u għalhekk il-quddiesa ta’ matul il-Ġimgħa u l-Ħadd filgħaxija tkun fis-7.00pm. L-Uffiċċju Parrokkjali jkun miftuħ nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta u l-Ħamis bejn il-5.30pm u s-7.00pm.

 

About the author

Ikkummenta