AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 7 – 8 ta’ Marzu 2015

 

  1. Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-4.00pm issir Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, fil-Knisja Parrokkjali, waqt il-quddiesa tas-6.30pm ser jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-family visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu fi Triq Mensija. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Ġabra għall-Festa: Mal-Flimkien ta’ Marzu, ser tirċievu envelop għal donazzjonijiet għall-Festa li ser niċċelebraw f’Awwissu. Din is-sena ħsibna illi nibdew niġbru minn issa sabiex inkunu nafu kemm ġbarna, u b’hekk skont kemm niġbru għall-Festa nonfqu.

 

  1. ‘Night Vigil’ – Talb għall-paċi u għall-Arċisqof: Din is-sena hsibna illi minflok l-irtir li nagħmlu s-soltu fil-Festa ta’ S. Gużepp, norganizzaw‘Night Vigil‘ ta’ talb għall-paċi u għall-Arċisqof, għal 12-il siegħa fil-Knisja Parrokkjali mis-7.00pm sas-7.00am (fil-lejl bejn l-Erbgħa 18 u l-Ħamis 19 ta’ Marzu).Tkun haġa sabiħa jekk ningħaqdu bħala komunita’ u li nieħdu sehem f’xi ħin matul dan il-lejl ta’ adorazzjoni quddiem il-Mulej. Ser nibdew bil-quddiesa fis-6.30pm li ser tkun animata mill-Grupp Mt Tabor u li ser janimaw ukoll l-ewwel siegħa ta’ adorazzjoni wara l-quddiesa. Il-kumplament tal-adorazzjoni tkun fis-skiet.

 

  1. Kummissjoni Djakonija – Ġbir ta’ affarijiet tal-ikel: Fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm siġra tal-Kummissjoni Djakonija;  min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Card, jixtri dak li hemm miktub fuq in-naħa ta’ wara u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. Pellegrinaġġ Penitenzjali: Nhar il-Ħadd 22 ta’ Marzu, ser isir Pellegrinaġġ Penitenzjali għall-Mellieħa, tluq fl-4.00am minn ħdejn il-Knisja ta’ Lapsi.  Il-biljetti għat-trasport lura jinxtraw mill-Book Centre.

 

  1. Attivitajiet oħra:
  • Coffee Morning: Nhar it-Tlieta fid-9.45am ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali.

About the author

Ikkummenta