‘Night Vigil’ – Talb għall-paċi u għall-Arċisqof: Din is-sena hsibna illi minflok l-irtir li nagħmlu s-soltu fil-Festa ta’ S. Gużepp, norganizzaw‘Night Vigil‘ ta’ talb għall-paċi u għall-Arċisqof, għal 12-il siegħa fil-Knisja Parrokkjali mis-7.00pm sas-7.00am (fil-lejl bejn l-Erbgħa 18 u l-Ħamis 19 ta’ Marzu).Tkun haġa sabiħa jekk ningħaqdu bħala komunita’ u li nieħdu sehem f’xi ħin matul dan il-lejl ta’ adorazzjoni quddiem il-Mulej. Ser nibdew bil-quddiesa fis-6.30pm li ser tkun animata mill-Grupp Mt Tabor u li ser janimaw ukoll l-ewwel siegħa ta’ adorazzjoni wara l-quddiesa. Il-kumplament tal-adorazzjoni tkun fis-skiet.
NAPPELLAW LILL-ĠILJANIŻI U DAWK MILL-PARROĊĊI TAL-MADWAR BIEX JATTENDU GĦAL XI ĦIN MATUL DAN IL-LEJL T’ADORAZZJONI.