- Family Visits: Matul din il-ġimgħa jkomplu l-Family Visits fiż-żona ta’ Paceville. Persuni responsabbli jiġu javżawkom xi ġranet qabel u jagħtukom appuntament.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, ser jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.
- Ġabra: Matul il-weekend li ġej ser issir il-ġabra għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa.
- Attivitajiet oħra:
- Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-M.U.S.E.U.M, fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M mid-9.30am ‘l quddiem.
- Ħarġa għal kulħadd: Nhar il-Ġimgħa, Festa Pubblika, se ssir ħarġa għal kulħadd. Min jixtieq aktar dettalji jew jixtieq jibbukkja jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali jew l-Book Centre.