Illum il-Ħadd 26 t’April 2015 – ir-raba’ Ħadd tal-Għid, fid-0930 ta’fil-għodu ġiet organiżżata l-quddiesa mit-tfal għat-tfal. F’dan il-Ħadd, infakkru wkoll jum il-vokazzjonijiet. U propju għal din l-okkażżjoni kellna fostna is-seminarista Gilbert Scicluna li kellem lit-tfal preżenti dwar is-sejħa għall-vokazzjoni.
Il-kappillan Fr Claude Portelli ħabbar li Gilbert ser ikun qed jagħmel esperjenza pastorali fil-Parroċċa tagħna matul is-sajf li ġej u anke fix-xhur ta’ wara. F’Ottubru ser ikun ordnat Djaknu u s-Seminarju għażel li Gilbert iwettaq l-esperjenza pastorali tad-Djakonat fil-Parroċċa tagħna. Nitolbu għalih.