AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 16 – 17 ta’ Mejju 2015

 

  1. Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jingħad ir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq Mensija (in-naħa ta’ barra).

 

  1. Laqgħa mill-Qrib: Nhar il-Ħadd 31 ta’ Mejju fl-10.30am se ssir il-laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-ħames xhur li ġejjin. Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2009, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

 

  1. Cake Sale b’risq il-Parroċċa: Il-weekend li ġej se jsir Cake Sale b’risq il-Parroċċa. Dawk kollha li jistgħu jagħmlu/jagħtu xi cake jew affarijiet tal-ħelu b’donazzjoni, mitluba iġibuhom l-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Grazzi.

 

  1. Ġbir ta’ ikel: Kultant żmien niġbru affarijiet ta’ ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna. Għaldaqstant, tqegħdu qfief apposta fil-Knisja Parrokkjali kif ukoll fil-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-ġenerożita’ tagħkom.

About the author

Ikkummenta