- Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jingħad ir-Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija f’The Gardens.
- Preparazzjoni għall-Ewwel Tqarbina:
- Nhar it-Tlieta fil-5.15pm ser isir l-Ewwel Rehearsal għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali u fl-istess ħin ikun hemm laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.
- Nhar is-Sibt ser isir Irtir ta’ riflessjoni għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fid-9.30am fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M., Triq Lapsi.
- Ċelebrazzjoni Marjana: Nhar il-Ħamis fil-5.15pm it-tfal kollha tal-katekiżmu, flimkien mal-ġenituri, jiltaqgħu ħdejn il-Knisja ta’ Lapsi għall-purċissjoni Marjana sal-Knisja Parrokkjali fejn issir l-inkurunazzjoni tal-istatwa ta’ Sidtna Marija mit-tfal.
- Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal. Waqt din il-quddiesa jsir talb speċjali għat-tfal kollha li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.
Attivitajiet oħra:
- Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir l-aħħar Coffee Morning b’risq il-M.U.S.E.U.M, fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M mid-9.30am ‘l quddiem.
- Attivita’ ta’ fundraising għall-Parroċċa: Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju fit-8.00pm se jsir Buffet Dinner l-Plaza Hotel, tas-Sliema. Aktar dettalji u biljetti mill-Book Centre jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.
- Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2009, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).
- Ringrazzjament għall-ġabra b’risq il-missjoni: Fil-ġbir li sar miIl-Grupp Pass it On il-weekend li għadda b’risq inizjattiva missjunarja das-sajf fil-Filippini, inġabret is-somma sabiħa ta’ €3,305. Nirringrazzjawkom mill-qalb tal-ġenerożita’ tagħkom.
Pellegrinaġġ għal Lourdes
Il-Parroċċa qed torganizza pellegrinaġġ għal Lourdes bejn
it-2 u t-8 ta’ Settembru 2015. Dawk kollha interessati
għandhom ikellmu lill-Kappillan.
FADAL BISS 7 POSTIJIET