- Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jingħad ir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq Mensija (in-naħa ta’ ġewwa).
- Laqgħat għall-ġenituri: Nhar it-Tlieta u l-Ħamis se jsiru żewġ laqgħat għall-ġenituri tat-tfal tal-katekiżmu (skont il-klassijiet tal-katekiżmu).
- Coffee Morning b’risq il-Parroċċa: Nhar it-Tlieta fl-9.45am se jsir Coffee Morning fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali;
- Laqgħa – Grupp Ħbiberija: Il-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se ssir nhar il-Ġimgħa fil-5.00pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II u se tkun te’ u tombla.
- Pellegrinaġġ Marjan – Leġjun ta’ Marija: Nhar il-Ġimgħa, se jsir Pellegrinaġġ Marjan organizzat mill-Leġjun ta’ Marija. Nibdew bil-quddiesa fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali u wara isir il-pellegrinaġġ li jgħaddi mit-Toroq Wied Għomor, Forrest, Mensija, Ġorġ u jinżel għall-Kappella tal-Kunċizzjoni.
- Lectio Divina: Nhar il-Ġimgħa se ssir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxi minn Fr Stefan Attard fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd huwa imħeġġeġ sabiex jattendi.
- San Ġwann Bosco Fostna: L-Urna bil-fdalijiet ta’ S. Ġwann Bosco, li se tinġieb Malta dan ix-xahar, se tinġieb fil-Knisja Parrokkjali tagħna nhar is-Sibt fit-8.30pm. Hawn inkunu nistgħu nagħmlu mument ta’ talb.
- Jum Internazzjonali tal-Familja: Nhar il-Ħadd se ssir quddiesa speċjali għall-familji fil-11.00am. Mistednin il-familji kollha, u b’mod speċjali dawk il-koppji miżżewġin li qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom dan ix-xahar.
- Laqgħa mill-Qrib: Nhar il-Ħadd 31 ta’ Mejju fl-10.30am se ssir il-laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-ħames xhur li ġejjin. Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.
- Jum l-Omm: Nawguraw lill-ommijiet kollha għall-Jum l-Omm.