Mument Storiku għall-Parroċċa Ġiljaniża

Wara li kollna ilna madwar xahar nisimgħu biż-żjara tal-urna ta’ San Ġwann Bosco, wasal il-mument mistenni minn ħafna Ġiljaniżi.  Is-Sibt 16 ta’Mejju 2015. Il-jum li fih l-urna kellha tinġieb fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan.  Minn fil-għodu bdiet tidher il-ħidma fil-knisja u barra l-knisja.  Saru arranġamenti mal-iskola primarja minħanna l-parkeġġ.  U fis-7.30pm bdew jindaqqu l-qniepen bħala sinjal li wasal il-mument tant mistenni !  Ghaddew ftit mumenti u tfaċċa minn Triq il-Kbira it-truck bl-urna imsemmija….minn hawn il-quddiem, ir-ritratti u videos li ttieħdu u ġew pubblikati fil-paġni tal-parroċċa jitkellmu weħedhom….. Grazzi kbira lil kull min ta s-sehem tiegħu.  Grazzi lil dawk li attendew bi ħġarhom.  Grazzi wkoll lill-komunita’ sależjana li għażlet il-knisja parrokkjali tagħna.  San Ġwann Bosco Itlob Għalina.

 

 

 

About the author

Ikkummenta