AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 13 – 14 ta’ Ġunju 2015

 

  1. Ikla – Grupp Ħbiberija: Il-Grupp Ħbiberija qed torganizza ikla nhar il-Ġimgħa filgħaxija il-Giardino Restaurant, M’Xlokk. Se jkun hemm it-trasport minn Pjazza Spinola fis-6.30pm. Bookings mal-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa.

 

  1. Lectio Divina: Nhar il-Ġimgħa se ssir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxi minn Fr Stefan Attard fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd huwa imħeġġeġ sabiex jattendi.

 

  1. Jum il-Missier: Nhar il-Ħadd niċċelebraw Jum il-Missier.

Quddiesa Anniversarju Żwieġ:  Fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se ssir quddiesa ta’ radd il-ħajr għal dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar, flimkien mal-familjari tagħhom.

 

  1. Malta Diabetes Association: Nhar il-Ħadd li ġej, waqt in-nofstanhar ta’ filgħodu, se ssir attivita’ fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali fejn min jixtieq jista jagħmel test tad-demm għad-dijabete fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali u l-Malta Diabetes Association.

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

About the author

Ikkummenta