Kif wieħed jista’ jinnota, matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-kor tal-parroċċa ta’ San Ġiljan – St Julians Choral Group, żied ferm il-parteċipazzjoni tiegħu fl-attivitajiet liturġiċi fil-parroċċa ta’ San Ġiljan.
Fl-aħħar gimgħat, il-kor ta’ s-sehem tiegħu waqt il-festa tal-Ħniena Divina, waqt iż-żjara tal-urna ta’ San Ġwann Bosco fostna, fil-Quddiesa u l-purċissjoni ta’Corpus Christi kif ukoll fil-Quddiesa u l-Adorazzjoni fil-festa tal-Qalb ta’Ġesu’.
Dan kollu, juri d-dedikazzjoni u l-impenn li l-kor għandu lejn il-parroċċa. Barra minn hekk, jgħin biex permezz tal-kant u l-orgni tant sabiħ, ikollna liturġija aktar ħajja.
Minn din il-paġna nirringrazzjaw lis-Sur Pio Dalli, l-organista u l-koristi ta’ dan l-impenn u nawguraw biex nibqgħu naraw il-parteċipazzjoni ta’dan il-kor tikber u tissaħħaħ fl-attivitajiet liturġiċi li l-parroċċa torganiżża.