AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 11 – 12 ta’ Lulju 2015

  1. Survey bejn il-Kummissjoni Djakonija u l-Caritas: Nhar it-Tnejn bejn l-10am u 12pm fis-sala tal-Millenium Chapel f’Paceville sa nippreżentaw ir-riżultati tas-survey li kien sar ma’ 200 familja tal-parroċċa. Dan l-istudju sar b’kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni Djakonija u l-Caritas. Kull min hu interressat jista’ jattendi. Dħul b’xejn.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Nhar il-Ħadd fis-00pm fil-Knisja Parrokkjali, se ssir quddiesa ta’ radd il-ħajr għal dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar, flimkien mal-familjari tagħhom.

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2009, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).

About the author

Ikkummenta