- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tas-7.00pm, se jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.
- Enċiklika Laudato Si’: Għal min ma kienx hawn il-weekend li għadda, fil-Book Centre għandna kopji tal-Enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’ bil-Malti għall-bejgħ. Il-weekend li għadda kellna nġibu aktar kotba darbtejn għax inbiegħu kollha.
- Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru. Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
- Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2009, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).