Is-sena li ġejja 2016 il-parroċċa tagħna tkun qed tiċċelebra l-125 sena mit-twaqqif tagħha. Għal dan il-għan qed nistiednu lil dawk interessati biex iressqu il-proposti tagħhom għal logo li ser jintuża matul is-sena li tibda’ mill-festa li ġejja (2015) sas-sena ta’ wara 2016. Dan il-logo ser jintuża minn kull-għaqda jew soċjeta’ tal-parroċċa.
Dawk interessati huma mitluba biex jaddu is-sottomissjonijiet tagħhom permezz tal-email fuq:
jew permezz ta’ private message fuq il-paġna ta’ facebook Parroċċa San Ġiljan jew permezz tal-website www.stjuliansparish.org.
Id-data tal-għeluq hija 27 ta’ Lulju 2015.