Kif forsi innutajtu, ġewwa San Ġiljan bħalissa għandna fostna lis-seminarista Gilbert Scicluna. Gilbert twieled fit-13 ta’Lulju 1990 u huwa mill-Kalkara. Wasal fl-aħħar tal-istudji tiegħu. Fil-fatt, fit-30 t’Ottubru 2015 huwa ser jiġi ordnat Djaknu. Wara li jirċevi id-Djakonat, Gilbert ser jibqa’ fostna sad-29 ta’Ġunju 2016 meta ser jiġi ordnat Saċerdot. Minn qalbna nawguraw lil Gilbert minn issa għal dawn iż-żewġ avvenimenti importanti f’ħajtu kif ukoll nawgurawlu ħidma fejjieda fostna.