AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 1 – 2 ta’ Awwissu 2015

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tas-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom matul din il-ġimgħa mill-Uffiċċju Parrokkjali. Dax-xahar, mal-Flimkien qed jitqassam ukoll il-ktieb maħruġ mill-Parroċċa bil-programm tal-Festa ta’ San Ġiljan u l-envelop li fih tistgħu tagħtu d-donazzjoni tagħkom.

 

  1. Buffet Dinner: Il-Ġimgħa 7 ta’ Awwissu fit-8.00pm, se norganizzaw Buffet Dinner bħala fundraising b’risq il-parroċċa ħdejn il-pool tal-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan. Biljetti mill-Book Centre jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Tibdil fil-ħinijiet tal-quddies f’Awwissu: Infakkru li matul ix-xahar t’Awwissu, il-quddiesa tal-12.15pm fil-Knisja Parrokkjali mhux se ssir. Il-ħinijiet l-oħra tal-quddies jibqgħu l-istess.

 

  1. Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali.

About the author

Ikkummenta