- Ħruġ tal-vara ta’ San Ġiljan: Nhar it-Tnejn, wara l-quddiesa tas-7.00pm isir il-ħruġ tal-vara ta’ San Ġiljan min-niċċa.
- Programm tal-Festa: Il-Programm kollu tal-Festa jinsab fil-Ktieb tal-Festa, kif ukoll fuq in-noticeboards.
- Jum L-Għaqdiet: Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu, issir quddiesa fis-7.00pm u għaliha huma mistiedna l-membri tal-Kummissjonijiet u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Jiċċelebra l-quddiesa Fr Joe Galea Curmi.
- Lejliet il-Festa:
- Nhar is-Sibt, fil-5.00pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi.
- Fis-6.00pm issir it-translazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi sal-Parroċċa mmexxija mill-W.R. Kan. Vinċenz Cachia, Prepostu Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Sant’Elena, B’Kara. Fis-6.30pm issir Quddiesa Solenni u tingħata l-barka sagramentali.
- Dakinhar ma ssirx quddiesa fit-7.45pm.
- Jum il-Festa, 30 ta’ Awwissu:
- Il-ħin tal-quddies ikun: 8.00am, 9.00am (Knisja ta’ Lapsi), 9.30am (Solenni), 11.30am.
- Fid-9.30am Quddiesa Solenni ċċelebrata mill-Kappillan. Il-Paniġierku f’ġieħ San Ġiljan isir mill-W.R. Kan. Lawrenz Zammit.
- Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
- Fis-7.00pm toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġiljan, immexxija minn Patri Carmelo Spiteri OCD.
- Fil-11.00pm dħul tal-vara fil-knisja.
Nhar il-Ħamis, is-Sibt u l-Ħadd filgħaxija il-parking tal-iskola primarja ikun miftuħ.
- Ġabra Festa: S’issa l-parroċċa ġabret €4,000 għall-Festa, bejn Marzu meta tqassmu l-envelops l-ewwel darba u din il-ġimgħa. B’dan l-ammont għadna lanqas koprejna nofs l-ispejjeż tal-Festa. Nappella għall-ġenerożita’ tagħkom f’dawn il-jiem li ġejjin biex inkopru l-ispejjeż kollha.
Il-Festa t-tajba lil kulħadd