- Festa ta’ S. Klara: Nhar it-Tlieta, is-Sorijiet Klarissi jistidnuna niċċelebraw magħhom il-Festa ta’ S. Klara fil-Monasteru tagħhom f’San Ġiljan. Ikun hemm quddiesa fis-6.30pm.
- Festa ta’ Santa Marija: Nhar is-Sibt niċċelebraw is-Solennita’ tat-Tlugħ ta’ Marija fis-Sema – dakinhar hemm l-obbligu tal-quddiesa. Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd: 8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am u quddiesa waħda filgħaxija fis-7.00pm. Lejliet il-Festa, il-Ġimgħa filgħaxija, il-quddiesa tas-7.00pm tkun il-Vġili ta’ din is-Solennita’ u tgħodd għall-obbligu tal-quddies ta’ din il-Festa.
- Ġabra – Offerta ta’ San Pietru: Il-weekend li ġej ser issir il-ġabra biex ngħinu lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku fil-ħidmiet tiegħu bħala ragħaj tal-Knisja Universali ukoll permezz ta’ għotjiet ta’ karita’ mad-dinja kollha ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn, speċjalment ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra.
- Kotba tal-Festa: Infakkrukom li mal-Flimkien ta’ Awwissu, qed jitqassam il-ktieb maħruġ mill-Parroċċa bil-programm tal-Festa ta’ San Ġiljan u l-envelop li fih tistgħu tagħtu d-donazzjoni tagħkom. Kull donazzjoni tkun apprezzata.
- Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali.