AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 6 ta’ Settembru 2015

 

  1. Festa Nazzjonali: Nhar it-Tlieta 8 ta’ Settembru, Festa tat-Twelid tal-Verġni Marija – Festa Nazzjonali – Il-ħinijiet tal-quddies jkunu bħal fost il-ġimgħa.

 

  1. Awguri – St Julian’s Choral Group: Nawguraw lis-St Julian’s Choral Group li l-weekend li ġej ġew mistiedna, flimkien mal-Kappillan, biex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Malta Day ġewwa Londra, fejn nhar is-Sibt se janimaw quddiesa fil-Katidral ta’ Westminster.

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2009, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament). L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għandna sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 16 ta’ Settembru 2015.

 

 

 

About the author

Ikkummenta