Is-St Julians Choral Group nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru 2015 jitlaq lejn Londra fejn ser janima l-quddiesa waqt il-Malta Day UK 2015. Apparti l-animazzjoni mill-kor fil-katidral ta’ Westminster, il-kappillan Fr Claude Portelli ser ikollu sehem fil-quddiesa billi ser jikkonċelebra u jaqra l-Evanġelju bil-lingwa Maltija. Dawn l-attivitajiet ser ikunu taħt il-patroċinju tal-Ministru tat-Turiżmu Malti Edward Żammit Lewis. Minn din il-paġna, nawguraw lill-kor tal-PARROĊĊA TA’SAN ĠILJAN.