Stqarrija mill-Kappillan Fr Claude Portelli

Il-Kappillan jixtieq jinforma lil kulħadd li s-Superjuri Ġenerali tas-Soċjeta’ tal-M.U.S.E.U.M. ħadu deċiżjoni li diversi oqsma tal-M.U.S.E.U.M. se jkunu qegħdin jiftħu darba fil-ġimgħa biss. Fost dawn l-oqsma hemm dak ta’ San Ġiljan. Għalkemm il-katekiżmu tas-subien se jkompli jingħata nhar ta’ Ħamis, fil-ġranet l-oħra l-qasam ta’ San Ġiljan se jkun magħluq. Il-Parroċċa se tkun qed tieħu ħsieb ukoll il-katekiżmu tas-subien tal-Ewwel Tqarbina.

Minkejja li l-Kappillan matul dawn l-aħħar ġimgħat kellu laqgħat biex jara l-possibilita’ li l-qasam ta’ San Ġiljan jibqa’ jintuża anke mill-parroċċa stess, milli jidher id-deċiżjoni tal-M.U.S.E.U.M. hija li dan jintuża biss fil-ġurnata tal-Ħamis meta se jkun hemm soċju tal-M.U.S.E.U.M. preżenti.

Il-Kappillan jixtieq jagħmilha ċara ħafna li din id-deċiżjoni ma kenitx tiddependi minnu jew mill-parroċċa u li ttieħdet mis-Superjuri tal- M.U.S.E.U.M. stess.

Il-Kappillan jirringrazzja lill-membri tal-M.U.S.E.U.M., Superjuri u soċji li ħadmu fil-qasam ta’ San Ġiljan, speċjalment lil William Camilleri li ilu 22 sena f’San Ġiljan u li issa se jintbagħat f’qasam ieħor.

About the author

Ikkummenta