- Griżma tal-Isqof: Nhar is-Sibt fil-5.30pm issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof fil-Knisja Parrokkjali. Dakinhar ma jkunx hawn quddiesa fit-7.45pm. Ikun hemm quddiesa fil-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni u fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi. Il-parking tal-iskola primarja jkun miftuħ.
- Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ta’ ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.
- Ġabra għall-Missjoni: Il-ġabra li saret matul il-weekend li għadda kienet ta’ €3,483. Grazzi ħafna tal-ġenerożità tagħkom.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.
- Ordinazzjoni tad-Djakonat: Nhar il-Ġimgħa se ssir l-Ordinazzjoni tad-Djakonat ta’ 7 seminaristi fosthom Gilbert Sciclunali qed iservi fil-Parroċċa tagħna. L-Ordinazzjoni se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, fis-6.30pm. Tkun ħaġa sabiħa li ningħaqdu bħala komunita’ flimkien ma’ Gilbert għal din l-okkażjoni speċjali. Żgur li l-preżenza tagħna tkun apprezzata u tkun ta’ inkoraġġiment għal Gilbert fil-bidu tal-ministeru tiegħu bħala djaknu fil-Parroċċa tagħna. Qed norganizzaw it-trasport lejn Ħal-Qormi u lura. Jekk tixtiequ tibbukkjaw t-trasport, intom mitlubin iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa.