- Festa ta’ S. Fawstina Kowalska: Nhar it-Tnejn, fis-6.00pm fil-Knisja Parrokkjali ikun hawn Adorazzjoni u fis-7.00pm quddiesa f’ġieħ S. Fawstina Kowalska organizzata mill-Appostolat tal-Ħniena Divina.
- Ftuħ tas-Sena Kateketika: Nhar it-Tlieta u nhar il-Ħamis (skont il-klassijiet tal-katekiżmu) se jsiru l-ewwel laqgħat għat-tfal u l-ġenituri fil-5.15pm fil-Knisja Parrokkjali.
- Laqgħa – Griżma: Nhar it-Tlieta fis-7.00pm, se ssir laqgħa għall-ġenituri, parrini u tfal li se jirċievu l-Griżma f’Ottubru li ġej. Il-ġenituri u l-parrini jiltaqgħu fil-Knisja ta’ Lapsi, filwaqt li t-tfal jiltaqgħu fl-iskola primarja. Il-parking tal-iskola primarja jkun miftuħ.
- Festa tal-Madonna tar-Rużarju: Il-Ġimgħa, wara l-quddiesa tas-7.00pm toħroġ il-Purċissjoni aux flambeaux tal-Madonna tar-Rużarju fejn se jsir talb bl-intenzjoni għas-Sinodu tal-Familji.
- Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jista’ jiġi ipprovdut childminding jekk iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex tavżawna minn qabel. It-tema li ser tiġi diskussa dan ix-xahar hija “Spiritwalita’ Personali”.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa . Niskużaw ruħna għad-dewmien fit-tqassim li ma kienx fil-kontroll tagħna.
- Tilqim tal-Influenza: Il-Kunsill Lokali tavża illi dawk kollha li għandhom ‘l fuq minn 55 sena u li jixtiequ jieħdu t-tilqima tal-Influenza, għandhom javżaw il-Kunsill Lokali biex jibbukkjaw sal-Ħamis 15 ta’ Ottubru.