- Seminars dwar Evangelii Gaudium: Nhar il-Ġimgħa fis-7.15pm je jsir l-aħħar Seminar dwar l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku Evangelii Gaudium, fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. It-tema se tkun ‘Il-Periferija f’Evangelii Gaudium’. Kulħadd mistieden. Aktar informazzjoni tinsab fuq in-noticeboards tal-Parroċċa.
- Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss se ssir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jista’ jiġi ipprovdut childminding jekk iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex tavżawna minn qabel. It-tema li se tiġi diskussa dan ix-xahar hija “L-Ispiritwalita’ fiż-żwieġ”.
- Bidu tal-Avvent: Nhar il-Ħadd nibdew l-Avvent, żmien ta’ preparazzjoni għall-Milied.
- Il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal u jsir it-tberik tal-Girlandi tal-Avvent.
- Fis-7.15pm se ssir adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali biex nibdew żmien l-Avvent flimkien u se nitolbu ukoll għall-paċi.
- Attivitajiet oħra ta’ fundraising b’risq il-Parroċċa:
- Coffee Morning: Nhar it-Tlieta fid-9.30am se jsir Coffee Morning fis-Sala ħdejn il-Knisja.
- Christmas Buffet Dinner: Il-Parroċċa qed torganizza Christmas Buffet Dinner nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru fis-7.30pm il-Lukanda Golden Tulip Vivaldi, f’Paceville. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mill-Book Centre.