Nhar il-Ġimgħa 30 t’Ottubru 2015 ġew ordnati seba’ djakni ġodda waqt ċerimonja li saret fil-knisja ta’ San Sebastjan, Ħal-Qormi. Fost id-djakni ġodda kien hemm Gilbert Scicluna li bħalissa qed iservi fil-parroċċa tagħna.
Din hija silta importanti mid-diskors li għamel l-Arċisqof Scicluna waqt l-omelija:
“Id-djakonat għalikom huwa l-ewwel pass, mhux f’tela’ ta’ dinjità, ta’ suppervja u ta’ frugħa, imma huwa niżla lejn dak l-abbiss fejn il-qaddej jinżel biex jaħsel saqajn ħutu. Hija l-ewwel tarġa. L-Isqof jinsab fil-qiegħ nett ta’ dan it-taraġ biex almenu jara mill-qrib il-kallijiet u jieħu ħsiebhom. Imma intom ukoll bdejtu neżlin it-taraġ tal-qadi u l-Mulej jiggwidakom hu. Għaliex intom tridu tiltagħu miegħu, u lilu ssibuh fil-fqir, fil-batut, f’dak li hu stess isemmi meta jgħid: “dak li għamiltu mal-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi”.
Minn din il-paġna nawguraw lil dawn id-djakni u speċjalment lil Fr Gilbert li għalissa ser ikun qed jagtħti s-servizz tiegħu f’San Ġiljan.
Ħajr: http://thechurchinmalta.org/ għal uħud mir-ritratti.